Merħba f’din il-websajt.
Maltapoetry toffri antoloġija virtwali
li se tkun hemm b’mod permanenti. Antoloġija
titlob li jkollok bosta kittieba u kull kittieb
iġib miegħu stil differenti.
L-idea hi li jkollna bosta kontribuzjonijiet
minn diversi kittieba. Din il-websajt m’ hix
limitata biss għall-poeti magħrufa jew dawk
li huma fis-sillabu ta’ l-iskejjel.
Uħud mill-kittieba ħafna minnkom tafuhom. Oħrajn
huma ġodda għal kollox. Bosta minnhom għad iridu
jippubblikaw il-kotba tagħhom.
L-għan tagħna hu li noffru xenarju sħiħ ta’
li qed jinkiteb f’pajjiżna. Dan il-proġett inħoloq
bi sħab minn Poeżijaplus u AZcreations.
Dan mhux proġett statiku, anzi għall-kuntrarju
hu wieħed dinamiku, għax kontinwament il-materjal
se jkun qed jiġġeded u jikber.
Dan il-proġett qed joffri l-ispazju għal min
jixtieq jippubblika. Finalment irridu jew ma
rridux iż-żmien se jkun l-imħallef aħħari tal-kwalità
tax-xogħol.
Nagħmluha cara li d-drittijiet tal-kitbiet
letterarji huma tal-kittieba jew l-eredi rispettivi
tagħhom. L-unika drittijiet li għandna aħna
huma dawk tad-disinn tas-sit.
Poeżijaplus qed tagħmel l-almu tagħha biex
takkwista l-permess biex xogħlijiet tal-kittieba
mejtin jkunu jistgħu jidhru mingħakr xkiel.
Napprezzaw il-koperazzjoni ta’ dawk il-familjari
li jafu bil-website u li aħna ma nafux min huma
biex jikkuntatjawna u jikkonfermaw li jaqblu
li l-poeżija qed tidher. Xogħol li qed jidher
kontra xewqet il-familjari jitneħħa.
Ħajr speċjali jmur lil dawk kollha li tawna
l-għajnuna biex din il-ħolma tagħna ma baqgħetx
fil-kexxun. Grazzi