|
Din il-website hija ghal dawk kollha li jhobbu
l-poezija. Hi l-ewwel website ta’ din ix-xorta
f’Malta.
- Min huma l-poeti li qed jigu nkluzi?
Hemm varjeta’. Qed tinghata opportunita’ lil
kulhadd. L-edituri jinsistu li mhux kulma qed
jidher hu bilfors poezija pura. Maltapoetry
toffri imma idea ta’ li qed jinkiteb illum.
Ibghat zewg kitbiet minn tieghek lil sergiogrech@yahoo.com,
ritratt tieghek u nota bijografika.
- Min jista’ jiehu sehem fiha?
Kulhadd. M’hemm l-ebda restrizzjoni ta’ eta’
jew sess.
Assolutament le.
- X’jigri mid-drittijiet ta’ l-awtur?
Id-drittijiet jibqghu ta’ l-awturi imma la
Poezijaplus u la AZcreations m’huma responsabbli
jekk xi hadd jiehu xi materjal mis-sit u juzah
f’xi kotba, gazzetti, programm letterarji, jew
mezzi ohrajn tax-xandir.
- Trid tkun Malti bilfors biex tiehu
sehem fiha?
Preferibilment iva imma qed noffru spazju wkoll
lir-residenti barranin li jghixu fostna u li
huma kittieba.
- Jitla’ on-line kulma jintbghat?
Le. Ix-xoghol jarawh l-edituri u jiddeciedu
minn hemm. Ma jithalla bl-ebda mod li jidher
xi materjal vulgari jew offensiv.
- Jekk ma jigix accettat xi xoghol
x’jigri?
Facli hafna: l-awturi jigu mitluba biex jibaghtu
xoghol iehor.
- Barra l-poezija jistghu jintbaghtu
xi forom ohra ta’ kitba?
Le. Din il-website hi ghall-poezija biss.
- Hemm limitu ta’ xoghol li jidher
ghal kull awtur?
Iva tnejn imma l-edituri jistghu jhossu li
ghandhom izidu x-xoghol ghal iktar minn tnejn
fil-vertini ta’ l-awturi.
|