Amanda
Busuttil
Kastell l-uġigħ.
U għad insib kastell
l-uġigħ billi nishar.
U għad nixħett ic-cagħak
biex ma nitlifx it-triq.
U għad insib żiemel abjad
li fuq dahru jrikkibbni.
Għad jaqa' l-kastell
qabel jien nasal.
Għad jittieħdu c-cagħak
minn Hansil u Gretil.
Iż-żiemel għad jissajjar
f'gardarun is-saħħara.
U għad issib bħali
kastell l-uġigħ f' kull
werqa li taħt saqajk
tħaxwex it-tmiem.
Fil-qawsalla ma jidhirx iswed...
Riesaq vapur
bl-aħħar vjaġġ.
Qafas mimli tfal
marsusa ma' dellijiet
ta' dawk li ġabuhom
fl-arena ta' l-ibħra,
għan-nostalġija tal-baleni.
Fuq qafas għax jgħixu?
Fuq qafas xi jridu?
Fuq qafas għax jibqgħu jissieltu
għall-fanali ma jixgħelux?
Għax jixtiequ l-awrora jaraw,
iħa\\u patt mal-baħar biex isalvaw.
Terġa' tiġġedded il-ġrajja ta' Pawlu,
fi qlub il-fidili titnaqqax il-boxxla ta' triq...
Il-fidili l-ewwel issibhom għall-ikla
tal-ħaruf,anke jekk ikun sewdieni.
Tal-bniedem l-Istorja tibqa' t-taqtigħa,
sakemm it-Tekniku tad-dramm
ibaxxi d-dawl biex jitfiha.
|