Borg
Steve
It-Tiġrija
1. Għalenija għaxar żwiemel għaddejjin
Għonqhom imtawwal ilkoll bħal maħrubin
F’din it-tiġrija ta’ min jiġi l-ewwel,
M’hijiex waħda kontra l-ħin.
2. Il-ġerrejja igranfati, mingħajr sarġ
Għelmhom l-ilwien jgħajjtu tal-ħâriet
Issa l-ħin ta’ xi għafsa jew xi ġibda
m’hemmx għożża, ħniena jew maħfriet.
3. Għaddew bħal żiffa ilkoll felħana
Waqgħa ġerrej mad-dawra tagħna
Bum! Il-faqqatura! “Min rebaħ?”
U bid-dehxa, kulħadd reżaħ.
4. Qalu tagħna l-Qniefed
Ha niftħu d-darmiġġjana
”Ferra, ixrob ħa, ejja ħabib
Għax issa d-daqqa tagħna.”
5. Qalb iż-żfin, il-kant u l-ikel,
Intfajna għat-tbaħrid u s-sokor
Waqt li l-ġirien id-demm
Zgur isurilhom semm.
|