Charles Bezzina

HOUSE FOR SALE

Id-dar fejn darba tnejn habbew l-imhabba,
Destinhom qasmu ma’ xulxin u ghexu
Sa mietu ferhanin fil-grazzja t’Alla,
Illum tinsab bla hoss tohlom l-imghoddi.

Fid-dar il-bahh mudlam qalil ta’ lbierah
Jirbombja fl-eku kiesah tas-silebzju.
Bin-nostalgija jdur il-wahx u jokrob
Fil-kmamar solitarji ta’ elf grajja.

Lejn din id-dar inhares u niftakar
Kemm drabi jiena lghabt u grejt hemm gewwa
U kemm in-nannu, n-nanna ferhu bija
Fid-dar li qieghda llum b’tabella ghax-xiri.

 


Charles Bezzina (1961) hareg bosta kotba ta’ poeziji. Dawn huma Triqat Bla Tarf. Meta Karab il-Bahar, Bahar Solitarju, Mewgiet tal-Hemda u Kurrenti Solitraji.


 

 
© Malta Poetry u Poezija Plus. All right reserved.
Designed & Developed by AZcreations 79 288 487