Christopher
Buttigieg
Is-Sieket
Mulej,
Fid-dlam tad-dwal artificjali
Fis-solitudni tal-hsejjes goffi
Fi swied il-qalb ta’ hafn’ucuh dahkana
Fil-hlewwa ta’ xorb li jkisser
U duhhan li jcapar…
Fittixt bla heda
Inbraxt
Ghal bosta drabi
U ma’ kull barxa
Harget karba
U int bqajt bhal dejjem sieket,
Mulej
Il-Bagoll tat-Tifkiriet
Meta kollox jerga’ jwarrad
Jien ma nkunx hemm.
Issibni fuq mewg jizfen
Nistad ghall-ahhar holm.
Issa li tlift il-loghba,
Ghalaqt kollox fil-bagoll,
Se nibqa’ ngorr dat-toqol
Tul pajsaggi shah bla tmiem.
Nitolbok
Sikket hoss il-bahar
U tvenvin ir-rih,
Ghatti wicc is-sema
B’kisja ta’ shab comb.
Meta l-Qalb Tieqaf Thabbat
meta l-qalb tieqaf thabbat
u jinzel das-siparju
fl-isfond ta’ not’ghajjiena
is-sala tidwi b’capcipa ritmika
u qabel ma jihmaru l-pali
ma jaqax silenzju...
imbaghad
fuq siggu wahdi
nikkontempla solitudni
nitbekka l-gerhat
li hsilt darba bi dmughi
u baqghu ma tfejqu qatt...
capcpu capcpu b’ritmu meqjus
sakemm il-qalb tieqaf thabbat
|