Claire Abela

Tsunami

Il-bahar qisu zejt
f'daqqa wahda sar mewga kbira
u tela' l-art u bela' kull ma sab.
In-nies kienu ghaddejja
minn b'xogholu u minn b'vakanza.
Izda f'daqqa wahda fuq wicchom
dehret dalma,waqqa skiet.....
U f'daqqa ghajtu mbezzgha,

O! Alla tahgna idhol ghalina.
Mietu hafna u li baqa intlew b'niket kbir
u dinja bkiet maghhom
u taghthom is-solidarjeta' u t-tama.
Imma hadt ma seta'
innehhilhom minn quddiem ghanejhom
dik il-mewga tad-dlam.
Seta' gara lilek u lili
Qatt hsibt b'dan.

Ix-Xih

Harist lejh
u rajtu milwi
b'saqqajh mghawwga
u wiccu mkemmex.
Linji fondi taz-zmien
Li ghadda minn fuqu.
Min jaf,
Kemm sejjer jirrakkontalna
dwar tfulitu u grajjet Malta.
Tbissima fuq wiccu
B'ghajnejh jichdu mod iehor,
ghajnejn espressivi ileqqu
donnhom iridu jghiduli xi haga

Qabzitli demgha.....
ghalfejn qed nibki
forsi ghalija jew ghalih?
Qed jgaghlni nahseb -
Jien ghad insir bhalu
U gismi jixjieh bhal tieghu
Jitkemmex, jiddghajjef, u jghejja
Imma r-ruh tibqa zaghzugha
ma tixjiehx ma titkemmimx
harist lejh u lmaht lili.

 

 

Claire Abela ghandha 16 il-sena u twieldet fit-30 ta' Dicembru 1989 u ghadha kemm spiccajt taghmel l-ezamijiet tal-matsec. Kienet tattendi skola sekondarja bniet
Maria Assumpta Hamrun u kemm il-darba kitbet fis-Saghtar essays u poeziji.

 
© Malta Poetry u Poezija Plus. All right reserved.
Designed & Developed by AZcreations 79 288 487