Clare
Azzopardi
Numri jiġru
Kull meta nkun se naħdem somma
nibda nara n-numri jiġru
jiġru
jiġru
kullimkien
u flok ngħoddhom jo nnaqqashom
nibda niġri
niġri
niġri
għal warajhom
ġewwa l-ġnien.
Idejquni,
jittikawni,
jirritawni,
jinnervjawni,
jirrabjawni,
jixxokjawni,
kemm nobgħodhom!
dawn is-somom
u nomgħodhom għal ħin twil
daqs xi chewing gum
li mbagħad jitlef dik it-togħma
ħelwa ħelwa
u
jdejjaqni,
jittikani,
jirritani,
jinnervjani,
jirrabjani.
Ġieli,
naqbadhom kollha
somma somma
biex fiż-żibel dritt narmihom.
Ġieli,
nikolhom kollha
u nsir bħal vulkan kbir
biex niżbroffa
w nisplodihom,
nisparixxihom.
Kull meta nkun se naħdem somma
lili jtini ferħ ta’ ġenn
nibda ngħid bejni u bejn ruħi
imma jiena,
il-problemi
tgħid x’nambihom?
mhux aħjar,
biex neħles minnhom
insakkarhom
ġol-kantina
ħa jsolvihom
il-wirdien
jod-dubbien!
http://www.laurahird.com/showcase/clareazzopardi.html
|