|
Clinton Bellizzi
Relativita'
passatpreżentfutur
ma jeżistux
fl-ispazju punt
fil-baħħ mudlam
s o s p i ż
dak li hu għalik
għalija m'huwiex
- kollox relativ -
u
jien għalik m'inix
[ 22-03-1995 ]
Miraġġ (Xita tad-Deżert)
deżert
miknus minn riħ-in-nixfa
dirgħajn miftuħin beraħ
f'xifer is-sur
f'ekwilibriju prekarju
fi stennija
għal tentufa griża-sewda
ħabbara t'għaxwa friska
tnixxi seħer
ta' ħdura u ħajja
għal jum jew tnejn
09-04-1995 ]
Bżieżaq tas-Sapun
amoeba
essenza tal-bidu
membrana delikata
titlajja' fl-ajru
bla ma taf b'mogħdija
miljuni ta' twieqi
fuq ġildek ta' drapp-il-ħolm
tistidinni tisseduċini tattirani
hemm tieqa mnejn nilmaħ qawsalla
bit-tama li nsib jew insir xi alla
lqajt l-invit dawwart il-pum għalaqt il-ponn...
idi mxarrba mill-istess essenza tal-ħolm
[ 15-05-1995 ]
Eternita'
Kont diġa' - minn qabel, minn dejjem;
ruħi eterna mirħet fi spazji metafiżiċi
tul iż-żmien f'eri epoki u sekli
b'moħħ inebrijat
b'ossiġnu żejjed imbaqbaq ‘il fuq
minn fjammet ħsibijieti mkebbsa
ndur f'sakra psikadelika f'spirallabirint
ng]olli l-kalċi tulipan iswed jinfetaħ
nixrob deheb l-alkemista maħlul għasel
xorb t'allat foloz ipprojbit
b'moħħ inebrijat
b'ossiġnu żejjed...
Kont diga' - minn dejjem
[ 15-06-1995 ]
‘Round Midnight (Memorji Duħħan)
nintreħa ninħall
ċirku-duħħan
nintelaq
fwar ħaxixa mkebbsa
jifrex star
ibexxaq siparju
fuq sensi mherrija
mill-monotonija
u mat-togħmaduħħan
iduru f'moħħi biss
il-frażeġġi kumplikati
mit-trumbetta ta' Miles
u l-meraq ħamrani
distillat divin mid-dmija ta' Dijonisju
u l-idejninvit seduċenti
tal-barranija
... duħħan ...
[ 27-08-1996 ]
Skiet
xemgħa iddub
tissawwab friża
mal-ġenb ta' gandlier
ftila tinħaraq tinħela
fjamma tiżfen żifna tas-seba' veli
duħħan iserrep tiela'
riħa kjerikali tmelles
hemda ttarrax
f'abiss anjostiku
[ 15-02-1996 ]
Gotiku
tħares tirtogħod:
dlamdawl jirradja gandlier
fidda-sewdien
fjamma minn ftila ta' xemgħa
tħares tirtogħod
tiġġebbed tissemma' tistenna
mtertqa
t-tkaxkira ta' qorq is-sagristan
[ 30-10-1996 ]
Faċċol (Vjaġġ f'Dinjet il-Wiċċ b'Ieħor)
jiġrili fl'għaxija
li noħlomkom kollha mejta
u niżfen danza makabra mxajtna
ma' l-Iġsma jitbasktu
b'casquee ta' fjamma
ħolqa nar
vampati demonijaċi
filgħodu il-kontra
jien nerġa' jien
u intom ħajjin
...arakom ġejjin
(imbasktin)
[ 27-11-1996 ]
8
nissieġa makabra
akrobata killer
newl mortali
brimba flutwanti
f'silenzju ħarir
t a ħ t a f
priża injara
...
għanqbuta tivvibra
b i s s
xhud tal-massakru
[ 18-05-1997 ]
Vokazzjoni
ossiġnuħajja nħaraq kollu
nifsħarħir għattanlek sidrek
dalmagħammxa r-raġuni-fidi
li mis-surartal ta' barrakka ħniena
ħaditek
fil-paċi ...
bl-id waħda l-leminija
ta' missier-iben-spirtu santu
timbuttak
...
[9-08-2002]
Traxxax Xita Skiet
mat-tieqa tal-moħħ
sħaba mberrfla
tnixxi xita
t'eluf ta' swaba massaġġaturi shiatsu
taħjini minn rasi sa saqajja
traxxax xita skiet
...
hemda titmattar s'għerq ir-ruħ
[16-05-2004]
Mao
ħbubiti eklissi miftuħa
baxx baxx
nistaħba nitkaxkar nitħaxken
mollasuf nikkarga
b'salt wieħed għal fuqek
skieken misnuna
difrejja maħruga
widnejja mitwija
lanez nejbieti mikxufa
naħfen u ngerrem
sa ma żżiegħel bija
tħokkli rasi geddumi u wara widnejja
nitmattar nintelaq inħarħar
inħares f'ħbubitek eklissi miftuħa
titpaxxa bija
nintewa kobba u norqod għall-fsied
[23-08-2007]
Żerniq
idejngħarus jixirfu
l-ewwel raġġidawl
jgħollu qajlqajl velu lejlgħarusa
star imkewweb
jilħqu miljet vjaġġ snindawl stennija
tul spazju korsija taż-żminijiet
u jixref imbewwes ma' xefaqħerqan
wiċċ xemx żagħżugħa
b'tbissima mkebbsa
għal għodwa ġdida
[15-09-2008]
|