Dwardu
Cachia
Katrin ta’ l-Imdina
Il-Hakem x’sar minnu,
l-għarus ta’ Katrina
li ratu filgħodu
imdawwar biż-żina?
Sew malli l-għedewwa
Qarrieqa u kefrin,
Raw ruħhom mirbuħa
Minn ħutna l-Maltin,
Fil-ħabta tnejn minnhom
B’sejf f’ġenbu nifduh;
Fl-art waqa’; n-nies tiegħu
Hemm mejjet refgħuh.
Minn xebba u għarusa
F’ħin wieħed dil-mara
Ittejjeġ u tormol,
Min jista’ jsabbarha?
(silta minn Katrin ta’ l-Imdina).
|