Kull wiċċ li nifli
Biex insib ieħor bħal tiegħek
Narah ċass lapida rħam bajda
Li fuqi bi dmugħi skalpell innaqqax
Epitaffju
Għal qabar ieħor
Fiċ-ċimiterju ta’ qalbi.
Evarist Bartolo hu attiv fil-politika xellugija.
Jikteb id-drammi u l-poeżija. Kien Ministru
ta’ l-Edukazzjoni bejn l-1996 u l-1998. Illum
huwa l-kelliemi Laburista għat-turiżmu.