|
Glynnies Bonnici
1. Stennejtek
Stennejtek fejn il-bahar jitbewwes mal-blat fejn il-bajja siekta msahhra mir-ramel dehbien u fejn il-Qamar jixref dinjietu fuq wicc dan l-ilma.
Stennejtek fl-iljieli sewdiena, fejn il-kwiekeb inemnmu gharfu t-toqol li garrejt u issiehbu mieghi biex jaqsmu dan il-hemm.
U diqa tnisslet go qalbi l-ghaziza u bkejt, olfoqt u xhert ghax imrieghda kont bil-biza' li hakimni u kbira kienet il-weggha li sewdet din il-qalb.
U pruvajt nifhem imma ma fhimtx pruvajt nistaqsi imma ma staqsejtx. U fis-skiet qerriedi li saltan dik il-lejla wahdi gharaft li xifer imhabbitna kien fil-qrib.
2. Jekk...
Jekk it-triq ma tibqghalekx dritta u titwitta u ssirlek moghdija, jekk hi tant tiddejjaq li tifgak u ma thallikx tghaddi minnha
Jekk il-hgieg jittappan u xejn car ma tkun tista' tara, jekk il-lukkett jissakkar u thossok taqta' nifsek f'dan l-gheluq
Jekk ix-xemx ma zzernaqx bikri filghodu u lewn is-sema jkun ghadu sewdieni u jekk filghaxija ma tarax il-qamar fiddieni u ma tilmahx il-kwiekeb ifiggu,
Nitolbok la ssaqsix lili l-ghaliex. La tigix ghandi biex infarrgek, naghtik widen jew inhaddnek mieghi. La tfittixnix.
Ghax jien ghaddejt mix-xaghri fejn l-ghollieq honoqli l-moghdija u spiccajt fgat u mwehhel mal-blat li jaqta'.
Il-hgieg tieghi tant ittappan li spiccajt maqtugh ghalija wahdi u madwari rajt kollox imcajpar bla ebda sens ta' gharfien.
Ghalija x-xemx ma dehritx u baqghet mohbija wara s-shab sewdieni u l-Qamar isaltan f'dik il-lejla baqa' hemm donnu jistenna li tigri xi haga ohra.
Ghalhekk jekk tispicca bhali harbex il-versi fuq karta u ghozzhom. Rosshom ma' qalbek u ibki waqt li tikteb dil-Poezija.
|