Ivan De Battista

 

Il-Mara tal-Blat Żonqri…

Tinsteraq minn fuq xefaq l-ibħra
u titmelles ma wicc l-isqra godlija.
Il-mara li tiġri ma’ blat mudlama
Tiġġerra` ma widien fondija

u jitferra` x-xampanja bejn il-ħbieb magħżula
u hi tibqa l-art
ghax m’ghadhiex mall-midħla…għażżelija
m’ghadhiex kodard

Żelota…
Ma’ tistħix l-għajrek titmasħan għatxan
li l-berqa tal-bieraħ, tal-jum saret nar,
u għada f’gazzetti, l-qerda tal-bosk…
u x-xemx li niżlet tiġri…
żżelġet titla’ ‘l fuq f’orizzonti ġodda

Is-sħaba tal-bieraħ, kien baħar ta’ ġimgħa
ix-xita tal-lum, ix-xmara tal-lejla…

Ja mara tal-blat żonqri…
Imxi għaġġel f’dit-trejqa għaġġelija
li twitti ‘l quddiem biss, lura dejjiemi…
‘ma f’kurituri dojoq, b’soqfa mdendla…
Pilastri għajjenin Iżommu b’saħħa
X-xbieki li jitmermru mall-ġustizzja,
li twieħen biss ta’ ġewwa, u ‘l ta’ barra,
titwihom bis-sadid tal-miħien kiefer,
li jwieħen biss il-dawl, id-dlam idallmu
u jħalli l-mara, f’żonqor blat
imfarrak!


Meta jagħlaq is-Separju...

Lil hinn mill-ocejani kbar imdallma
Lil hinn mill-qamar ghasli jlangas tond
Hemm l-ghaqda li tixxeblak u titrawwem
u tinfed sod il-qawwa 'l gewwa fond...

ta' kemm il-hbiberija tnessi l-weggha
tal-firda bejn kolonni twal, gholjin
'ma tibqa' tgharrax qajla l-fjamma mkebbsa
ta' nar li jikxef sema', jghatti snin...

U int, habib li dhalt f'teatru maghna
teatru illi hdimt ghal ftit xhur biss
Ma kemm kemm lehaq ghalaq is-separju
li tlaqt il-barra, ghalaqt il-bieb fis...

u hallejt lill-atturi ta' dil-hajja
iharsu lejk u jtuk l-ahhar tislima
u jafu li ghalkemm int se thallihom,
jibqghu jiftakru, f'wiccek it-tbissima!!

Aria

Mar-riefnu mkebbeb
fuq art niexfa
jghannaq mieghu
kreaturi\karattri
li jfosdqu
l-maqdes b’art
il-hsus,
xbiehat godlija…
il-menhir jghir ghall-isqra
mgewha, jsalpu
fuq widien mqaxqxa
f’katarsi

Qalb ix-xemx hamranija
titwahhad
mal-Imperu ta’ nemel
isoddu t-tamiet
gherqija tal-lumija
niexfa f’genb il-gnien
banju jaghli t’ilma
di-ossiginat
illuzjoni sfrenata
ambigwa
ta’ lumija bla lumi…

Graffitti mzellga fuq hitan
tal-hgieg
mudlama, ghajr rifless
ritratt xebbieh ta’ xbieha
mxebbha f’tixbieha –
xebba xemxija
tixxahxah b’xuxita
mxarba,
f’xatret ghaslug il-baħar…

Tkanta aria…
lill-lumija bla lumi…
lir-riefnu li jlum,
jum wara jum,
bla mitmum

Aria mhix kompluta…
wieqfa f’nofs deżert
niexef qoxqox…

Aria mdensa
bhal hwejjeg imnezza
tat-tfajla kulur il-qamar…

Aria…fil-qawwa ta’ l-osignu
aciduz…verbali…versatili…

Aria…arjuza…

 

Ivan Debattista ħareġ il-ġabra ta’ poeżiji Irwiefen.

 
© Malta Poetry u Poezija Plus. All right reserved.
Designed & Developed by AZcreations 79 288 487