Joseph Axiaq

Il-Buffu

Bluha li timla tinda
tnessi l-veru kuluri 'l hinn minnha
f'abissi ta'estasi li jcajpru l-mohh
jitbellah,jiccacra hemm hu fin-nofs.
Jaqbez,
jitkaxkar
ghal zmien bla qies
ghax jahbi u jinsa wiccu jixtieq
taht maskla ta' lwien u daqq ta' bla hjiel.
'kk jistrieh
jaghraf iserrah
l-imhuh imsahra tal-massa
imxenqa ghall-gost u t-tbahrid
tinsa l-gewwieni trid.

Memory

My preceded memory
so fierce,
so merciless,
so ruthless
are your pleasures in hounding me,
in drenching my eyes until dry they become.

You play
an untamed,
discordant instrument.
Birth to melancholic notes
it gives that glorify the emptiness
along with enhancing my Self pain.
My voice you perceive
imploring,
querulous,
inquisitive for what once was.
Lost,
exploring a dark labyrinth,
meandering in a mysterious place
belonging only to my Self,
thirsting to find some light.

In vain…
My voice a slave remains
of my accompanied memory!


 

Joseph Axiaq twieled St. Venera nhar is-7 t’Awissu 1968. Wara l-iskola obbligatorja kompla l-istudji tiegħu post-sekondarji fil-Kulleġġ De La Salle u wara fl-Universita’ ta’ Malta fejn gradwa BA fil-Malti u fl-Għarbi, BA (Hons.) fil-letteratura u l-lingwistika Maltija, MA fil-ligwistika applikata u PGCE fit-tagħlim tal-Malti. Kompla l-istudji tiegħu fl-Ingilterra fl-Universita’ ta’ Sheffield fejn fl-2004 kiseb id-Dottorat fl-Edukazzjoni fejn saħansitra, waqt l-istudji tiegħu, kiteb xi xogħol relatat ma’ l-edukazzjoni post-obbligatorja u tagħlim kif ukoll dwar it-tagħlim tul il-ħajja.

Qaleb għall-Malti mit-Taljan ix-xogħol Ruma: Il-Pellegrinaġġ il-Kbir-L-Erba’ Bażiliki (1999) u huwa l-awtur tal-ktieb Dwardu Cachia 1857-1907 (2005). Huwa Assistent Segretarju fil-kumitat ta’ l-Għaqda Poeti Maltin. Fil-preżent huwa jgħallem il-Malti fil-kullegġġ De La Salle, fis-sitt klassi post-sekondarja, u l-pedagoġija tal-Malti fil-Fakulta’ ta’ l-Edukazzjoni ġgewwa d-Dipartiment ta’ l-Arti u l-Lingwi fl-Edukazzjoni fl-Universita’ ta’ Malta.

Joseph huwa ukoll ko-ordinatur tal-Malti fis-segretarjat ghall-edukazzjoni fl-Arcidjocezi ta' Malta ghall-iskejjel tal-Knisja.

 

 
© Malta Poetry u Poezija Plus. All right reserved.
Designed & Developed by AZcreations 79 288 487