Jekk
ghada jkun bhal-lum u jisbah ikrah
Jekk ghada jkun bhal-lum u jisbah ikrah,
Bil-forom ta’ hassieb li qatt ma jorqod,
Hassieb li jinsa dejjem bla jittendi,
Fejn jibda u jispicca z-zmien ghalina.
Jekk ghada jkun bhal-lum u jinsa jzernaq,
Inhalli lampa ckejkna fuq il-qamar,
Genna ta’ kwiekeb mitlufin fid-dalma,
Bhal frak migruf tar-ramel.
Imbaghad ikun bil-lejl u nerga’ nohlom,
U nirevedi l-piz ta’ stejjer godda,
U nghidhom kollha lilek.
Linji
Hemm linji li jixxiebhu dejjem aktar
kulmeta b’dawn ghajnejna nqarbu aktar
lejn il-mammiet li jinsgu bicca bicca
il-pori taghhom kollha trasparenti.
Il-linji jiggranfaw mas-sens ta’ htija,
bhal nida li tinzlilna dritt fuq rasna,
qatra mis-sema bajda li tahsadna
u gieghlna nghollu jdejna bhal antenni;
tkun ga stahbiet il-qatra ckejkunija.
Hekk dawn il-linji, fragli, bhali w bhalek
jidhrulna f’lehha sakemm f’lehha jghibu
bizzejjed biex iqabbdu fina xrara
ta’ nar u mhabba lesti biex jghammruna.
Jekk ghad tistaqsi x’kienu dawn il-linji
li qrobna lejhom tant li tlifna hjielhom,
tipprezenthomx b’isimhom ghax jaf jigri
li hadd minn nies li ‘ssaqsi ma jkun jafhom.
Minflok staqsi ghalihom b’ismi w b’ismek
ghax jaf ikun li z-zmien tahom l-isem taghna
biex mal-moghdija ma jinhlewx u jmutu.
Imbaghad forsi tintebah sew il-ghala
Jixxiebhu wisq l-istejjer li nisimghu
U d-diq li jaqsam f’qalbna.
|