John Butigieg (Australia)

ILLUM

Illum, għażiż ħabib,
Anki dil-ħarsa
Mimlija kollha tama,
Bdiet tnin għal kollox.


U f’wiċċi,
Tista’ tara biss
Toqol id-dinja;
X’ħin mal-wasla ta’ l-għabex
Il-jum le jibqa’ juri,
U jġib miegħu d-dlam.

Għalfejn nibqa’ nistenna?
Min ġie,
ġie daħal u kiel,
u ġa daħal fis-sodda:
għada, tarah iqumlek,
bla ebda xkiel

u jien?
Min jaf ħabib


 

John Buttigieg jgħix fl-Awstralja. Xogħlijiet tiegħu dehru fl-antoloġiji ta’ l-għaqdiet tal-Malti.

 
© Malta Poetry u Poezija Plus. All right reserved.
Designed & Developed by AZcreations 79 288 487