Jonathan
Borg
Mulej
U meta nhossni wahdi.
Mulej, niftakar fik...
ghax ghad li il-boghod minnek,
Mulej, inhossok qrib.
Il-Milied ta' kull sena
Diċembru reġa' wasal,
Bit-tlellix u bit-tiżjin,
Dan kollu biex inġeddu
It-twelid tal-Kbir Bambin
Arahom in-nies ferħana,
Jagħtu r-rigali l-xulxin.
U jibgħatu l-kartolini
Bl-ikbar stampa tal-Bambin
Ħares l-hemm ara l-pasturi
Ġol-presepju xi kburija
B'dak id-dwal jaraw l-istillel,
Qishux Betlem tal-Lhudija
Ukoll is-siġra l-kbira,
Ara d-dawl mimli sabiħ,
Fejn hu Kristu dak li twieled?
Fejn hu dak li l-fest' għalih?
Ħarsu l-hemm araw x'qed jiġri
Dawk in-nies mejtin bil-ġuħ,
Waqt li aħn'hawnhekk niddandnu
Naraw sold u kif naħluh.
Ċert li qiegħed hemm hu f'qalbi?
Ċert li għandi post x'intih?
Ara dawk il-foqra kollha
Qishom hu f'dil-fest'għalih!
Is-Siġra tal-Passjoni
Xi darba kien hemm siġra
Mimlija bil-weraq,
Imma din m’għadiex hemmhekk
Xi ħadd lila seraq
Nagħrafha siġra kbira
Tat kenn lil kull għasfur
Għall meta ħafna drabi
Ix-xita lila żżur
‘Mma din tat kenn lil ieħor
Lil tana il-Mulej
Li safa msallab magħha
U din spiċċat fix-xej’
Din rat kull daqqa w’xebgħa
Li ngħata s-salvatur
Meta hu ried jerfagħha
W’għalina ried imur
Din taf kollu x’ġara
Taf kull waqgħha tiegħu
Taf id-daqqa li ngħata
Taf li ħa d-dnub miegħu
Taf fiss il-musmar dieħel
U jċarċar dak id-demm
Meta hu spiċċa mwaħħal
Ma kienx jistħoqqlu l-hemm
Din tiftakar li fl-aħħar
Spiċċat mgħollija l-fuq
U rat imdendel magħha
Bi Kristu fuq is-suq
Taf sewwa wkoll li Kristu
Ħtija żgur ma kellux
U taf li nqegħdha biha
Biex ineħħi d-dnub trux.
|