Jonathan Balzan

ISMAGHNI MILL-BOGHOD

Narak mal-lejl narak fil-ħolm nebbiexi.
Narak fid-dawl narak b’għajnejn magħluqa.
Narak f’qalbi narak tixgħel bl-imħabba
Narak ukoll ħdejja fl-inkejja ta’ moħħi.

Ma nafx kemm baqa’ biex titfissed miegħi,
Ma nafx kemm iljieli nitnikker norqod
Sakemm ħsibijieti jagħlqu għajnejhom
Surtek le ma nehhix minn quddiemi.

Titlaqx mill-ħolm ta’ ħajti tittama fik.
Tiqafx le mill-ittri jżommuna ħarir.
Meta dil-gżira titbiegħed minn fommok
Nrekken fuq qalbi fuq lapida t-tifkiriet.

 

 

Xogħlijiet tiegħu dehru fl-antoloġiji ta’ l-għaqdiet tal-Malti.

 
© Malta Poetry u Poezija Plus. All right reserved.
Designed & Developed by AZcreations 79 288 487