Joseph
Buttigieg
Kristalli
Il-ħofor t’għajnejk
Mistagħdra bi dmugħ:
salini
fejn għada taf tilma
l-imluħa tar-ruħ.
Xofftejk
Xofftejk
jafu jerdgħu
sar-ruħ minn ġo fija.
U moħħi bħal jogħtor
u nħoss l-univers
idur bija:
univers ta’ ġmiel veru
jinħall fl-isprall
tal-misteru.
|