Josette Attard

Hajki

Pittur u farfett,
it-tnejn iHalltu l-ilwien
fuq tila w fjura.

Poeta hassieb
ifittex fejn u ghaliex
fi vrusu mhalltin.

Metafora hi
meta kollox jinbidel,
jiehu sur'ohra.

Poeta tajjeb
ma jbighx il-poezija -
xorta tinxtara.

Nixtieqek meta
wahdi nkun fil-kampanja,
bhal farfett mitluf.

Fjur gdid qed jinbet.
Tgħid se jrabbi gheruq kbar
li jgibu serhan?

Nistennik gimgha
eternità li tqawwi
x-xewqa li narak.

Fwiehitek fi hwejġi.
Kull darba li nilbishom
nintrabtu flimkien.

 

 

Josette Attard qalbet ghall-Malti Il-Barrani ta’ Camus. Tghallem il-Letteratura fl-Universita ta’ Malta. Tikteb il-hajku. Harget il-gabra ta’ hajki Samsara I ghalih hadet it-tieni premju fil-Premju Letterarju fil-kategorija tal-poezija. Attard hija specjalizzata fl-estetika letterarja.

 

 
© Malta Poetry u Poezija Plus. All right reserved.
Designed & Developed by AZcreations 79 288 487