Louis
Briffa
SIRENA
1
Sirena
fuq skoll donnu dahar ta’ fekruna
jien.
Żegħil offrejt b’leħni.
Id-dehen għal min jisma’
u sfog għal eroj l-ilmijiet.
Insabthom il-kordi vokali
- kurrent ma jidhirx fl-arja ċara -
u ntilfu kemm ġfien u baħħara!
Tal-wiċċ
dari kont
kalamita.
Qarnita titħanxel
ma’ djul l-opri qodma;
bla skruplu nittanta
u nġennen l-irġiel.
2
Sa nsib fejn nirdossa
u mmidd rasi tqila…
xi rokna ta’ serħ
minn elf kontrazzjoni u waħda…
għalxejn denbi nferfer
mifxula,
niqras u nitbandal,
bħal sikek l-għenieqed
mimsusa minn driegħ it-taħsir.
Pjastrun ma jilqax it-tvenvin
ta’ nar l-alfabett
li ’l-blat jiksi rix
u ’l-baħar iżelleġ bid-demm
onorabbli tal-ħlas.
Bħal pnatar ta’ diqa l-imwieġ
li jqandlu għanjieti
fiċ-ċlampu u l-ħamba ta’ żmieni.
3
’Mma ssib tibqa’ l-kotra b’qalb xierfa
xewwiex isoddilha widnejha
bi qnatar fuq qnatar ta’ xamgħa…
L-għanjiet joxxillaw,
sinċieri bil-kliem jivvibraw
tirroft’hom;
għax tibża’ mis-snanar moħbija
fir-rix ta’ garġija
imlikkma bl-ixkal ta’ l-għarfien.
Biex tobdi kliem Ċirċe
iddendel l-eroj li jħarisha
bejn gverta u sema.
Sakemm kollha skiet
tiżżerżaq dil-kotra maġenbi
fuq mirkeb bla nkwiet.
Fantażma tal-ġmiel
minnufih
ninsteraq minn Ħades
fl-eżilju lelliexi tal-qiegħ.
4
Kustodju tal-gżira ta’ l-għadam inkun,
kieku,
illum…
Nitbekka u nagħli
fuq midfen it-tankers midruba;
bħaċ-ċrieki flambò
idaħħnu d-deheb iswed,
għeruq l-oċean jistupraw
bi blalen u naqal żejtnin.
5
Bħal xbejba f’inerzja ma nkunx,
kieku,
illum…
Jitwaddab idub fl-ilmijiet terminali,
mil bogħod minn art oħla,
il-ħolm klandestin
ta’ min kollox ta biex jinfeda
u fada qatigħ.
Il-Mużi ’nvinċibbli tal-mit niskartahom
dak il-ħin
u leħni nintona
max-xehir u l-għajat,
tixjir ta’ l-idejn…
Sakemm
il-musk’li jgħejjew
u jeħmed kulħadd…
Bit-trofof kesħin
jostruhom bi mħabba
f’dil-ġrajja komuni tismotli l-kuxjenza
bi nħasa qatran.
REVOLUCIO
L’idealo
flirtis kun la flagoj
ŝmirita de l’kuraĝula sango
êhante kun la lastaj sonoj
de l’adiaŭo
kaj poste
ŝanĝiĝis kaj miksiĝis
kun la lasta krio de l’mortintoj
dancantaj, serpentumantaj
kantantaj.
“Aŭskultu!”
Anstataŭ la tamburoj, ili uzis la kanonojn;
la kantoj ŝanĝiĝis en ĝemojn
fore kanonmuĝoj!
Kaj l’idealo dismembriĝis…
perdiĝis
ĝia estimo.
|