Agius
M'Christine
Tal-Ġenn Man!
Kont qegħda f’tal-linja
Nofsni mejta bi ngħas
Lejn ix-xita nħares
Bla ma nagħti każ.
Smajt ġuvni quddiemi
Tkellem b’vuċi soda
“Man hawn aħna ftehmna
abjad w’iswed tal-moda!”
Tassew, għidt jien f’qalbi
Ma setgħux jaqblu iżjed
Wieħed iswed fuq l-abjad
L-ieħor abjad fuq l-iswed.
Rajthom qabdu jidħku
L’quddiem iċċassati
Lejn tnejn b’ġilda skura
Naħseb refuġjati.
Qal dak ta quddiemi:
“Dawn min bagħat għalihom?
X’nambuhom das-suwed?
Kif imtlejna bihom!”
Il-Marsa waqafna
Bl-ilma sa l-istaffa
Qalulna biex ninżlu
Malajr u bil-ħeffa.
Kollha wieħed wieħed
Id f’id maqbudin
Imxejna ġo l-ilma
Mbeżżgħin u mwerwrin.
L-ġuvni ta’ quddiemi
Żelqitlu saqajh
U kien għoddu tkaxkar
Li ma kienx ta warajh.
Id sewda ma bajda
Żammitu tant sod
U b’saħħa liema bħalha
Qajmitu bil-mod.
Wara smajthom jgħidu
“Kif żammek ħej, man!
“Kont nibqa nitkaxkar,
das-suwed tal-ġenn!”
Sports versus Saħħa
L-isports u s-saħħa
fettili wżint jien
u baqgħet wisq dritta
keffiet il-miżien.
I pprovajt inżid iktar
l-isports fuq il-keffa
iżda s-saħħa dlonk telgħet
malajr u bil-ħeffa.
S serfjajt fuq l-internet
u hemmhekk skoprejt
li bniedem bla sports,
hu bħal magna bla żejt.
P ersuna li dahrha
dejjem mal-pultruna
teħxien u titgħażżen
U malajr din tinduna.
O steoporosis, diabete
artrite w’ pressjoni
maż-żmien iżuruha
w’jatuha lezzjoni.
R aġuni hemm oħra
li minajr l-eżerċizzju
iż-żgħażagħ jintilfu
fil-għażż u f’elf vizzju.
T oqgħodux mingħajr
ikel
Għax dan hu bżonnjuż
It-tipjip ibżgħu minnu
U l-alkohol velenuż.
S teroids qatt tmissuhom
Għax tidhlu fl-inkwiet
Emmnu fikom infuskom
Dak huwa s-sigriet!
Ħa nitfi l-kompjuter u nilbes ix-xorts,
Ħa nibda min issa infittex l-isports!
Xortija Ħabib!
Xi darba kont siġra
Bi friegħi wesgħin
Zokk oħxon u wieqaf
Snin kelli disgħin.
Xi nies ġew qaċċtuni,
Waqqgħuni u neżżawni,
Kaxkruni u ġġarrewni,
U b’mannara qattawni.
Ħassejtni umiljata,
Sfruttata u użata,
Ġabuni injama
Għax-xemx irbulata.
Ħadu biċċtejn minni,
Għamluhom salib,
Firduni mil-bqija,
Xortija Ħabib!
Rajt folla madwari,
Bdew jgħajjtu “Sallbuh”,
Rajt bniedem imbiċċer,
Bin-nerv bdew jagħtuh.
Libsuh martell aħmar
Bil-qasba f’idejh,
Kuruna tax-xewk f’rasu
Mingħajr qorq f’riġlejh.
Għabbewni fuq dahru...
Ħassejt fuqi il-ħtija,
Xtaqt kont nimxi waħdi,
Nneħħilu t-tbatija.
Mhux darba w’tnejn waqà,
Ħaffirtlu l-ispalla;
Bqajt dieħel sa l-għadma
Ta’ dan l-Iben t’Alla.
B’tismira fuq oħra
Sew miegħi sammruħ,
Għollewna fuq għolja
U bdew joffenduh.
Daħħlulu il-lanza,
Tawh jixrob il-ħall,
Talab lil missieru
Jaħfrilhom l-iżball.
Mbikkija quddiemna
U b’qalbha mifnija,
Rajt l’omm l-iben t’Alla;
Il-Verġni Marija.
Ħassejtu jitniegħed
U b’nifsu maqtugħ
Għajjat għajta ta l-ahhar
U ħarġet dir-ruħ.
Is-sema iddallam,
L-art theżżet mil-qiegħ,
Bdiet nieżla ix-xita
U qam ħafna riħ.
In-nies issa ntebħu
Li l-ikkundannat,
Kien l-istess Messija
Bin Alla nkarnat.
Ħassejtni tant kburi
Li għamluni salib,
Fejn sallbu lil Kristu,
Xortija Ħabib!
Dawlitni Ħuġġieġa
Ħuġġieġa f’nofs għalqa
Nar b’għola sular
Itfaqqa u ċċaqċaq
U ttajjar ix-xrar.
Ċċssajt jiena lejha
Rajt il-bank tal-kcina
Li kellha n-nanna
Kif spiċċa rovina
Siġġijjiet b’wiċċ tal-qasab
Kollha saru ħġejjeġ
Niftakarni nirrabja
Għax jaqbduli mal-ħwejjeġ
L-pultruna tal-qasab
Żammejta tifkira
Tan-nanna ta’qalbi
Ħoxna w’qasira
Dejjem fuqha taħdem
Xi ġerżi jew xalla
Xuftejha iċċaqlaq
F’xi talba lil Alla
Bqajt hemm hekk niċċassa
Lejn dik il-ħuġġieġa
Bil-longa tas-sħana
Bdejt nara biż-żlieġa
Rajt ħajja bil-frugħa
Tintemm u tisfaxxa
Rajt bniedem b’ħolmietu
jingħalaq ġo kaxxa
Dawk l-ilsna skerraħtom
Stħajjiltni fl-infern
Warrabt u tlabt maħfra
L-missieri l-etern.
Cornfield Planet
I needed to clear
Some cobwebs away;
I wanted some space
To think and to pray,
All the noise around me
Just got in the way.
A huge golden cornfield
Swaying with the breeze,
Like a mouse in the middle
Of a large peace of cheese
That sweet golden silence
Made me feel at ease.
Time stopped, nothing mattered
Just stared at the ground
At ants in procession
Walking without sound
Ignoring the giant
Still lurking around
One of them was pulling
Along a large bee,
How in heaven it managed
Was a mystery to me.
Never seen such courage,
Nor such harmony.
And then my eyes opened;
I knew that life’s toll,
When shared and accepted,
Is no burden at all.
In this cornfield planet
One still can’t walk tall.
|