Marija
Borg Vella
TINI AHBAR TAJBA
L-ucuh tat-tfal imnikkta fil-Bosnja
Il-qerda u l-massakru fir-Rwanda
L-igsma bla hajja fic-Cecneja
Inhossni nitkexkex u nibza
Nitlob li qeghda f’holma
Izda le . . . . dawn huma l-ahbarijiet
Mill-bidu sa l-ahhar fuq gwerer, qtil . . .
.
Imma, jekk joghgbok, tini ahbar tajba!
Xi hadd ta daru lill-foqra,
Xih ta’ disghin sena gera f’maratona
Jekk joghgbok . . .
Frar 1995
TIFTIXA
Inżilt f’katakombi
Minn tarag mudlam
Infittex xi kelma
Infittex xi sinjal.
Inżilt minghajr gwida
Minghajr wens ta’ dawl
U bdejt ukoll nibza’
Inteftef fid-dlam.
Gurdien beda jwerżaq:
“Ja bniedem mignun
Hawn gejt tfittex ir-raguni?
Ja bniedem stordut.”
Din il-hlejqa kellha ragun
Hrigt nigri ‘l barra
Fid-dawl tax-xemx
Fid-dawl li tani Alla
U hemm sibt is-serh.
M’ghandix ghalfejn nistahba
Bhan-nies tal-katakombi
Alla jinsab barra . . . . kullimkien
Alla jinsab fil-holqien!
IL-HADD FILGHODU
In-nies seksieka
Fir-rokna tas-soltu gol-knisja.
Lura d-dar
Il-muzika ta’ Cocciante
Imliet id-dar b’malinkonija.
L-istazzjoniet dejquni
Dejjem bl-istess kritika.
Barra n-nies ghaddejja
Bil-boroz imfawrin bil-pastizzi
Avolja r-Randan.
Il-messagg ta’ Dun Pawl
Waqa’ fuq widnejn torox.
|