L-abjad t’għajnejk
sabiħ bħal dawl il-qamar
saħħari sħiħ
meta faqqset palma bin-namur
fuq xtajta ramlija
u stenniet mewġa,
mewġa.
mewġa,
taħsilha
ħafif,
ħafif,
ħafif,
meta qamet żiffa
fil-frisk tal-qażbija.
Mario
F Bezzina kien waqqaf il-Heġġa Letterarja. Tebagħ
diversi kotba ta’ poeżiji fosthom Mar-Rima Titbandal,
Meta jinżgħu s-Siġar, Dwal ta’ l-Imwieġ. Demgħat
tal-Fjur u Mal-Mixja tal-Maġi. Xogħlijiet tiegħu
jidhru wkoll fl-antoloġiji li ħarġu l-għaqdiet
letterarji minn żmien għall-ieħor. Kien President
tal-Moviment Qawmien Letterarju.