Paul P Borg

GOLF

Mill-kenn u s-sliem ta’ ġewwa d-dar
Nislet ħsieb ta’ talb xewqan
Għal min jissielet ma’ l-imrar.

Mil-lwien imxajtna jiċċaċċraw
Nislet ħsieb ta’ demm itir.

Mill-għors sfrenat, agħajat sturdut
Nislet ħsieb ta’ djieq, ta’ krib,
Ta’ min midrub qiegħed imut.

Tbaħrad, mela, buffu nisrani, tbaħrad,
Waqt li barra jfaqqa’ r-ragħad
Ta’ demm, ta’ dagħa, ta’ ġuħ, ta’ waħx
U l-mewt tiġġera mal-wesgħat.

La tneħħihiex il-maskra, ja maskarat,
Illum la tneħħihiex!
Xiddha sewwa biex tiffiltra
l-arja kiefra ta’ l-ipokrisija.
Mela xiddha...

 

 

 

Paul P. Borg jikteb il-proza u l-poezija. Tinhass fih il-protesta ambjentali.

 
© Malta Poetry u Poezija Plus. All right reserved.
Designed & Developed by AZcreations 79 288 487