|
Pawlu Aquilina
GHAX KIEN POETA
Kien jaf b'id wahda jdoqq vjolin in-niket
u bl-istess id idoqq vjolin jhennik;
kien jaf idoqq iz-zewg vjolini b'hila
li jferrhek b'wiehed, bl-iehor ibikkik.
Kien buffu? Kien artista? Kien poeta
tal-qalb u l-mohh. Jifhem tqanqil ir-ruh
u jhossu fih u f'demmu, jahkmu w jibdlu
fid-dahk, fil-biki, f'gelgul shih ta' dmugh.
U ghex ibikki bil-vjolin filghodu ...
u ghex ihenni bil-vjolin bil-lej' ...
b'ghajnejh homor idemmghu sfiq ma' wiccu,
f'ghajnejh holm ta' l-imghoddi w ta' li gej.
U miet jitbissem bil-vjolin fuq sidru,
b'subghajh imqabbda fl-ark mitluq, mitruh;
ghadu sal-lum jitbissem hekk fuq qabru,
ghadu jferrah u jbikki 'l-qalb u 'r-ruh,
ghax kien poeta.
La tfittixnix ...
Meta l-awrora ma tiddix fuq l-għolja u l-bidwi ma jixrefx mill-għorfa mkenna ... għalxejn iżernaq, la tfittixnix.
Meta l-grillu taħt l-għarma jtemm izerzer u n-ngħaġ fil-maqjel ma jsejħux ’il sidhom ... għalxejn iżernaq, la tfittixnix.
Meta l-werżieq qalb l-għeneb jieqaf jgħanni u d-dielja ma ssajjarx l-għenieqed tagħha ... għalxejn l-għaxija, la tfittixnix.
Meta l-ħamiem jieqaf ibarqam kburi u jifraħ ma jinbaħx il-kelb għal sidu ... għalxejn l-għaxija, la tfittixnix.
Meta l-qamar ma jfiġġx, la sħiħ, la felli, w għajnejn il-kwiekeb ma jleqqux fis-sema ... għalxejn idallam, la tfittixnix.
Meta jiskot ir-rużinjol igħanni u l-kokka ma tibqax tħuf u tisseqqer ... għalxejn idallam, la tfittixnix;
għax ruħhom ruħi, fihom tgħix u tgħajjex, tifraħ, tithenna, tolfoq u titnikket ... għalxejn iżernaq, għalxejn l-għaxija, għalxejn idallam, inkun għebt magħhom.
|