Raymond
Grech
Kurrenti
Ħarbet ix-xmara ma l-ewwel raġġi sħan,
tkaxkar, tħammel, bla ma tistrieħ…
Bħal baħar plaċidu jitqawwa meħlus
jisfida l-konfini tal-qiegħ…
Bħal riefnu nkorlat imdenni u jqellel,
iqaċċat u jtajjar mirjieħ.
Xebh il-ħsieb ribell modern, irid jifqa’
s-sisien tal-ħajja jwennsu fiss…
Kurrenti tal-qedem li xejnu l-ħaġar
ta’ Mosè taħt Sinaj fl-abbiss…
Kurrenti moderni li difnu l-kelma
ta’ Ġesù fl-oqbra mbajjda biss.
Fejn huma l-filosfi w l-għorrief ta’ dari
li xerdu l-qwiel ta’ Salamun?
Fejn huma r-ragħajja tan-ngħaġ mitluf fil-bwar
li terqu ixandru ma’ Xmun?
Fejn huma l-profeti w poeti mġarrba
li ħabbru vrushom lill-komun?
Kaxkrithom ix-xmara mar-ritmu solenn
isserrep bla tmajna kemm kemm.
Belagħhom il-baħar li qam irrabjat
imniġġes bil-kimika-semm.
Tajjarhom ir-riħ qalil tal-ħsieb modern,
bla kuxjenza, ‘l bogħod lil hemm.
Biss l-għanja w kull kelma ta’ qlubhom jibqgħu
imwaħħda fl-imħuħ ta’ l-erwieħ,
imsawra fuq ir-rota tal-Fuħħari;
sabiex is-sewwa jfawwar fwieħ
u l-kuxjenza mirduma taħt borġ Adam
tinħeles u trodd lura l-ġieħ.
The Surviving Seeds
The wild wind blows ruthlessly
Across the ploughland,
Cold and insensitive
Moves on to batter in spiral gusts,
Foreboding dreary overtones...
Protrudes
To mounts and valleys,
Bending palm trees,
Plucking weak shrubs,
Dispersing seeds to life and death.
We are the surviving seeds
Of the Sower,
Escaped and unharmed,
Tossed and shaken,
Shaped and chiselled
By the wild wind.
Sprouting to eternity!
|