Ruzar
Briffa
Nofsinhar Sajfi
Barra bis-sħana qiegħda mgħaxxa l-ħajja
Taħt xemx li tikwi - l-eħrex xemx sajfija -,
U kollox ħiemed, bħallikieku l-ġrajja
Waqfu tal-jum, imbikkma minn did-dija.
Fuq għolja bżar, żunżan bil-qtajja’
Irewwaħ ġewnħu; joħroġ mill-ħamrija
ħanfus sewdieni, bl-akbar skiet jissajja
ħa jsib il-qmuħ imxerrda fil-mogħdija.
Hiemed il-mewġ jitniegħes ġewwa l-qala;
il bogħod ‘il bogħod jitriegħex qlugħ bajdani
bil-mod il-mod, u donnu le jaf il-għala.
Hekk bla taf l-għala tħoss il-qalb tixxabba’
Minn kulm’hu dwarha, tikbi lill-warrani,
U mdejqa tnin, bix-xewqa ta’ l-imħabba.
http://www.akkademjatalmalti.com/page.asp?p=9056&l=1
|