Stanley
Borg
Bejn Hajja u Mewt
Bejn hajja u mewt inghidlek fejn issibni,
issa li l-ghagla ma tghid xejn ghalija
w tal-linja tibqa’ tilheg ftit ghat-telgha.
Issibni hawn l-Imperial Bar mal-Lungu,
niftakar kif il-hgieg kien dlonk jittappan
u niftah kont it-twieqi, u l-karozza,
timtela’ bil-lejl.
Kemm int sabiha.
Sabiha daqs il-ghazz ta’ gimgha lehja,
bhall gost tal-kmiem it-twal fl-ewwel jum xitwi
w arlogg itektek f’lejl b’tieqa miftuha.
Kemm jien m’inix,
bhal Sibt ta’ xiri tul Strada Merkanti
u l-lajma tas-sewqan il-Hadd flghaxija.
U dan ghalik u forsi ftit ghalija,
li niftah il-polz berah
bhal ktieb li qatt ma nqara
bhal zewg daghwiet jidwu fuq bank fil-pjazza.
U wicci jibjad karti,
bhal Sprite bla gass u Aspro ddur f’qiegh tazza.
Nahseb li jghaddi xahar, u forsi sena,
qabel ixxomm is-skiet jinten ta’ lehni,
u f’dan il-bar ta’ taht is-swar ninduna,
li ghal darb’ohra l-lejl wasal ftit qabli.
|