Sunny
Aquilina
Immensita’
Baħar immens;
Inemnem fuq xefaq
Qaluli hemm dawl
Li jwassal ghall-port...
Hemm kewkba fis-sema
Fi spazju infinit
U jien
Navicella
Fi triqti nissielet biex nibqa’
Bla naqa’
Fl-abbiss ta’ telfien
IT-TLETT IBLIET
Ma' nzul ix-xemx fi tmiem il-jum
li jkebbes dahlet gewwa l-port
u jlibbes bl-ahhar hmura
waqt li jehodni lura
u harsti tehda fuq is-swar kennija
Fi cpar l-istorja ntir fiz-zmien...
It-Tlett Ibliet
fi swar hekk qawwija ssib,
bi storja li z-zmien ma jhassarx.
Fi zmien l-assedju u l-gwerra, fit-taqbid
le mirbuhin.
X'hemm fil-gejjien?
Daz-zmien in-nies qed thalli l-ibliet
Bit-tarzna tghajjex, tifga l-gmiel,
u Bormla tlifet sura
li qatt ma hadet lura
Taht l-Isla l-blasting, Birgu tmiss mal-bqija.
Mur gib lil Kottoner daz-zmien!
It-Tlett Ibliet...
Is-swar iddur dawra trid
Dal-wirt jehtieg ma nitilfux
Iz-zmien l-imghoddi le jerga
Fi tmiem il-jum jasal id-dlam
It-Tlett Ibliet
fi swar hekk qawwija ssib,
bi storja li z-zmien ma jhassarx.
Fi zmien l-assedju u l-gwerra, fit-taqbid
le mirbuhin.
X'hemm fil-gejjien?
Le ghat-telfien
ghat-Tlett Ibliet
X'hemm fil-gejjien?
|