Vincent Bugeja

Mill-Barrani ghal-Rajna f`Idejna

Jiena rrid nghidilkom storja
Jew ahjar nghid li hu fatt
Forsi hawn minn bih ga semgha
U x`ohrajn ma semghuh qatt

Dan il-fatt li ser nghidilkom
Gheziez huti Maltin w`Ghawdxin
Gara hafna zmien twil ilu
Fuq hames miljuni snin

Il-fatt hu fuq firx`art kbira
Mill-Afrika sa Sqallija
Bil-foresti w`annimali
U bix-xmajjar kienet mimlija

Skond l-istorja li qrajt jiena
Kienet disgrazzja kbira grat
Fejn kien sehh terrimot qawwi
U dik l-art kbira sparixxat

Qilliet l-Ocejan Atlantiku
Mill-Istrett ta Gibilta
B`sahha kbira din l-art gherqet
L-ilma gie bil-kwantita

Ghalkemm bil-qawwa tieghu kollha
Bcejjec ta blat mikxufa halla
Dan mhux biss kif nahseb jiena
Din kienet ir-rieda t`Alla

B`hekk ta din il-gzira taghna
Is-sisien gew mohluqin
W`ghalkemm ma kienux mill-ewwel
Jeddijid taghna l-Maltin

Issa hawn irrid nghidilkom
X`inholoq mill-ewwelnett
Malta, Ghawdex u Kemmuna
Il-Gzejjer, Filfla w Kemmunett

Mill-bidu tal-fatt li gara
B`haxix ,sigar varjat mimlija
B`hekk il-hlejjaq li kien baqa
Setghu jghixu bla tbatija

Imma x-xemx tant kienet tahraq
Li -s-sigar mietu w`il-haxix nixef
Ir-rih tajjar it-trab kollu
Sakemm il-blat kollu nkixef

B`hekk il-povra annimali
Minn xhiex jghixu ma kienx hemm
Bil-guh u l-ghatx f`dik is-shana
Hajjithom hekk kellha tintemm

B`hekk issa l-gzejjer gew vojta
Ghal hafna w`hafna snin
La kien baqa annimali
U l-anqas kien hawn bnedmin

Ghaliex skond kif tghid l-istorja
Il-Fenici l-ewwel fi gziritna
Sa minnhom sawwarna lingwa
Li Maltin lilna ghamlitna

Jghinad li huma missierijietna
Sew tal-Maltin u l-Ghawdxin
Hekk teskludi din l-istorja
Li parti minnhom gejjin

Ghaliex taghhom fina nisel
Ghandna ghaliex ahna kburin
Ghax ghal-kuragg u qlubija
Bil-George Cross gejna mzejnin

Il-Fenici kienu razza
Ta nies qosra w`qawwijin
Din ghalina mera cara
Ghax hekk ahna l-Maltin

Jibnu kienu l-aqwa vapuri
Ghax kienu l-aqwa gwerrieri
Ahna dan ghaddejna minnu
Ghalhekk nafu x`jigifieri

Ghalhekk lil-Malta l-Fenici
Tawha l-isem ta Malet
Tista tghid ghal tmien mitt sena
dejjem b`dana l-isem baqghet

Imbaghad gew il-Griegi
U kif riedu huma ghamluh
Dak l-isem ma kienx jghogobom
F`Melita lilu bidluh

Issa Melita tfisser ghasel
Li Malta bih kienet mimlija
Allura dan l-isem minn banda
Kien jixraq hafna ghaliha

Mal-Fenici thalltu nies ohra
Minn Sqallija u minn Sardinja
Forsi anke mill-Afrika
U postijiet ohra tad-dinja

Il-Kartaginizi ghazlu l-Malta
Bhala pajjiz ghal-tul hajjithom
Wara l-gwerra mar-Rumani
Ghax Ruma kienet ghelbitom

Ir-rih nefah u t-trab tajjar
Hafna waqa fuq art baxxa
Il-bahar ha s-sehem tieghu
Imma l-bniedem ukoll tpaxxa

Minn dawn in-nies li gew Malta
Fostom bdiewa wkoll kien hemm
Ghalhekk mit-trab li kien salva
Huma minnu hadu sehem

Bdew dan it-trab jahdmu
B`xi ghodda li giebu maghhom
Urew esperjenza kbira
U l-ghaqal w`il-hila taghhom

Anke hawlet id-dinja
Tista tghid li gietom l-ghira
Ghax il-fjur beda jfewwah
Ghalkemm fiqs zghira

Is-sabiha gzira t`Ghawdex
Isimha tawha ta Gutzu
Hemm insibu monumenti
U l-istorja tal famuz luzzu

Il-vapur tal-Fenici
B`ras ta ziemel kien jingharaf
Kien ta qawwa ,kien ta sahha
Mhux li tghid malajr jiggarraf

Issa l-Maltin t`Ghawdex
Ghamlu hsieb u bidluh fis
Dik li kienet ras ta ziemel
Floka ghamlu ghajn Osiris

Meta wiehed imur Ghawdex
U jidhol l-Ggantija
Ghandu jara gebla kbira
Tnax il-pied bi sbatax fija

Din imwaqqfa mill-Fenici
Ilu eluf kbar ta snin
Bla ghajnuna ta ngenji
Bis-sahha biss ta daw`l-bnedmin

Issa nidhlu fi zmien iehor
Meta twieled il-Bambin
Sadattant Malta w`Ghawdex
Bil-Barbri kienu mimlijin

Ta Tarzu kien jismu Pawlu
Li kien joqtol hafna nsara
Ghaliex lilom kien jakkuza
Li lil-Lud qed jghamlu l-hsara

Meta kien sejjer Damasku
Biex ifittex aktar insara
Dijja qawwijja giet fuq wiccu
Li ghal-tlett ijiem ma setax jara

Vuci semgha w lilu kelmet
"Ghax qieghed tippersegwidani?"
Minnufih hawn hajtu nbidlet
U hu nnifsu sar nisrani

Dik kienet sejha mis-sema
Hu nduna xkien id-dawl
Minn seqer sar hamiema
Dak li llum huwa San Pawl

Issa li Pawlu sar nisrani
Fil-pront il-Lud arrestawh
Issa l-Pawlu fil-habs tefghu
W`hemmhekk bdew jikkastigawh

Festus ghal-mewt tah is-sentenza
Qal li Pawlu kien ittradih
F`Gerusalem ma xtaqx li joqtlu
Ried lil Cesri lilu jghaddih

Fuq l-ahjar vapur li kellu
Lejn Ruma lil-San Pawl bghatu
Imm`Alla kellu hsieb iehor
Qilliet il-bahar Malta tefghatu

Tlett xhur shah San Pawl dam Malta
F`dawn ix-xhur hafna gid wettaq
Dar Malta kollha w`ippriedka
Fi hdan Gesu lil-kulhadd ressaq

San Pawl f`qalbu l-Malta rabat
Habb lil-Maltin u l-Ghawdxin
F`Malta kotor il-ferh f`qalbu
Tieghu bqajna l-ewlenin

Lil-gvernatur Publiju ta Malta
Ghamdu fil-palazz gol-Furjana
Dana mhux biss sar nisrani
Imma wkoll l-ewwel isqof taghna

Wasal iz-zmien li l-Malta jhalli
Ghax ghal-Ruma kien id-destin
Din il-migja tieghi f`artkom
Kien miraklu mill-Bambin

Uliedi jiena se nhallikom
Qal dan Pawlu lil-Maltin
Sa l-ahhar minn tad-dinja
Tibqghu l-ghaxqa tal-Bambin

Wara li San Pawl telaq minn Malta
Minn zmienijiet koroh ghaddejna
Mhux ghal-sena jew ghal-ghaxra
Ghal eluf ta snin ahna batejna

Ghaddejna minn taht idejn Kmandanti
Li kellom il-gzejjer taghna
Imma dejjem hlisna minnhom
Ghax il-Bambin dejjem kien maghna

L-Arab ta Mohammed gew Malta
Il-ftit tal-gid li kellna serqulna
Dawn kienu nies krudili
Kwazi anke l-fidi taghna qerdulna

Mitejn u ghoxrin sena damu Malta
Dawn il-Barbri ta qalb hazina
Serqu w`farrku,ghamlu minn kollox
Il-gzejjer taghna gabu f`irvina

Imma kif ighid il-proverbju Malti
Li kull mibdi huwa mitmum
Wara dawk is-sofferenzi
Fl-ahhar wasal dak il-jum

Il-Konti Ruggieru wasal Malta
U lil-Malta ha taht idejh
Minghajr glied l-ebda taqbida
Ghax il-Barbri ma resqux lejh

Bin Said (Sa-id) kien wihed minnhom
Imma ghazel Li jdur mieghu
Ruggieru gharaf li kien veru
Accettah b`suldat minn tieghu

Il-bandiera tal-Konti Ruggieru
Sitt kwadri homor u bojod kien fija
Qata minnha wahda hamra w`ohra bajda
U ghamlilna l-bandiera Maltija

Bin Said kien l-ewwel ragel
Li f`idejh ha l-bandiera Maltija
U wieghed lil Ruggieru
Li dejjem jiddefendija

Waqt illi l-Konti Ruggieru
Go Malta kien ghadu qieghed
Ibrahim Hakkim ried jahbtu
Hawn minnu kellu jitbieghed

Ibrahim lil-Kbarat kellem
X`ghandu jghamel biex jirbahha
L-iskop dawn ma kulhadd frrxu
Il-Konti Ruggieru semmahha

Bin Said kien ragel bravu
Anke kien jaf hafna snajja
Il-Konti dan jafu kollu
Tahh f`idejh il-pjan tal-plajja

Il-pjan tant kien mahsub tajjeb
W`ix-xoghol sar kif kellu jsir
Sewwa Bin i l-Maltin mieghu
Sar jixirqilhom kull tifhir

Hakkim gie bil-flotta tieghu
U sab ruhu gewwa nassa
Preciz dahal fil-pjan tal-Konti
W`il-Maltin gibdu l-ingassa

Wara hafna dahk u briju
Jisparawlom bdew il-Maltin
B`kanuni ta sahha kbira
L-opri tal-bahar gew mgharrqin

Dik kienet l-ahhar ta l-Arab
Malta regghet baqghet taghna
Mela Viva l-Konti Ruggieru
Ghax hu kien illi salvana

Il-Konti minn hawn issa telaq
Xorta l` Malta baqa jmexxiha
Mill-kwartieri li hu kellu
Stazzjonati go Sqallija

Baqghet ghal-erba mitt sena
Immexxija min-Normandizi
Dahlu mbaghad pajjizi ohra
Fostom anke l-Germanizi

Kien l-Imperatur Charles V
Ghadda l` Malta lil-Kavallieri
Ghalkemm kienu ta qalb tajba
Fuq kollox kienu gwerrieri

F`Malta waslu l-Kavallieri
Fl-elf hames mija w tletin
Ghal hamsa w tletin sena
L-ghedewwa baqghu mbieghdin

Jean Parisot de La Valette
Kien il-Gran Mastru tal-mument
Fl-elf hames mija disa w`erbejn
B`tempesta tfarraklu l-bastiment

Flotta gdida kellu jibni
Armata ta qawwa kbira
Ghaliex ma riedx illi jhalli
Il-min jehodlu din il-gzira

Il-Maltin ghamlu hilithom
Sabiex dan l-iskop jirnexxi
Ghax riedu lil dal-Gran Mastru
Lil-Malta jibqa jmexxi

Gara dan ftit taz-zmien wara
Li lesta flotta qawwija
Hawn inqala ghadu iehor
Kien is-Sultan tat-Turkija

Bilfors li jkolli nfissrilkom
F`kaz li ma tafux min hu
Kien jobghod il-Kavallieri
Suleiman il-Manifiku

Jien cert li kulhadd semgha
Bil-gwerra ta l-Assedju l-Kbir
Ghalhekk jiena nibqa nsostni
Li jixirqilna kull tifhir

Suleiman attakka l-Malta
B`mijja w tmenin vapur
Wiehed u tletin elf ragel
Ghax ried li jeqridna zgur

B`hekk Malta hija maghrufa
Ghal-Kavallieri ta San Gwan
Maltin qalbiena w voluntiera
Ma nhbewx mill-qilla ta Suleiman

Ried li jirbah lil San`t Elmo
Kien il-hsieb ta Suleiman
Imma l-Maltin u l-Kavallieri
Kollu hassruhulu dan il-pjan

Xhur shah minghajr ma rebah
Sa garrab telfiet bla qies
Dragut, Pasha, kellu jissejjah
Ghax sofra telf kbir ta nies

Dragut mgharuf ghal-hruxija
Jigi ghal-glied qatta bla habel
L-ewwel vittmi gewwa Ghawdex
Fejn kull bniedem li sab qatel

Bi hmistax il-vapur gie Malta
Li jwerwruk k`bihom tinduna
Nies fuqom hmistax il-mija
Suleiman riedu ghall-ghajnuna

Dragut xjah u baqa bravu
Imma zmerc marritlu din il-bicca
Wera lil-Suleiman il-pjan tieghu
Dil-fortizza kif trid tispicca

Taqbida kbira w harxa
Immexxijja giet min Dragut
Imma b`xorti kbira ghal-Malta
Bi gravita hawn gie milqut

It-Torok rebhu l-fortizza
Imma l-Maltin rebhu t-taqbida
Ghax qtilnielom lil-Dragut
U Malta hadet sahha gdida

Riedu l-fortizza ta San`t Angelo
Jeqirduha w jghamluha dhin
Hawn il-hsieb taghhom fallieihom
Dik kienet mimlija bil-Maltin

Jean Parisot ftakar fl-imghoddi
Kif lil-Arab f`nassa qabduhom
Qal lil-Maltin biex jibnu wahda
U trattament bhalu jghatuhom

Waqt il-glieda fuq San`t Elmo
Dak ix-xoghol kien qed isir
Ben Sayid idderegihom
Ragel Malti imma kbir

Din in-nassa Kienet bil-ktajjen
U t-Torok biha ndunaw
Hafna minnhom qabzu l-bahar
U jkissruha ppruvaw

Kif il-Maltin raw x`qed jghamlu
Marru ghalihom u jiggieldu bdew
Issa t-Torok ghal-darb`ohra
Telfa kbira regghu sofrew

B`hekk il-fortizza ta San`t Angelo
Ma ntessetx shiha baqghet
Fl-istess hin il-Mellieha
Ghajnuna minn Sqallija laqghet

Dawn ghinu fl-ahhar taqbida
It-Torok gew mghelubin
Hlisna minnhom darba ghal dejjem
Malta baqghet tal-Maltin

Wara mitejn hamsa w tletin sena
Li l-gwerra mat-Torok spiccajna
Inqala ghadu iehor
L-aghar wiehed li qatt rajna

Napuljun Bonaparte gie Malta
Gab il-flotta shiha mieghu
Iddekjara gwerra x`hin kien Malta
Qal rebaha, issa tieghu

Lil-Kavallieri minn Malta kecca
Biex ma jxewxux lil-Maltin
Lil-bahrin ta Malta ha ma tieghu
Mill-familji taghhom gew mifrudin

Sebat ijiem kulma dam Malta
Imma bidel hafn`affarijiet
Il-lingwa rieda Franciza
U bhal ta Franza l-ligijiet

Beda jdur il-knejjes kollha
Serqilhom kulma kien fihom
Kalci w kandlieri Tad-deheb u fidda
U f`kaxxaretti kbar poggihom

Fuq il-vapur tieghu ghabbewhom
Ma kien se jhalli xejn warajh
Sab id-driegh ta San Gwan battista
Ic-curkett hadlu minn subajh

Lil-Malta hallihaf`idejn Vaubois
U hu lejn l-Egittu telaq
Imm`Alla ma halliehx igawdi
Dak li mill-knejjes hu kien seraq

Orazjo Nelson mar ifittxu
Fl-Egittu sablu l-bastiment
Kif rah mill-ewwel gharfu
Kellu l-isem ta L`Orient

Baraxx ta balal fuqu spara
Kollha marru ghal go fih
Id-deheb kollu li kien seraq
Mal-vapur nizel fil-qiegh

Napuljun kien go l-Egittu
Ghalhekk lilu ma gralu xejn
Nelson gherraqlu l-bastimenti
Ghalkemm skappaw xi tnejn

B`din it-telfa l-flotta Franciza
Sfat imnaqqsa ghal-ftit frejgati
dawk li Napuljun halla
Fil-port ta Malta mbarkati

Vaubois lil-Maltin ghakkes
Fis-sentejn li kien ilu hemm
Issa ghalih il-hin wasal
Biex dan l-ghaks kollu jtemm

Il-Maltin kien ilom jahsbu
Kif se jghelbu lil-Francizi
Ftit ghajnuna riedu jsibu
Fl-ahhar dahhlu lil-Inglizi

Alexander Ball ha t-truppi tieghu
Mal-Maltin flimkien poggihom
Issa Malta ghand`aktar sahha
U ragel li jaf jidderegihom

Vaubois ghajjat lil-Francizi ta Malta
Fil-Belt Valletta kollha flimkien
Meta kienu kollha gewwa
Qalilom jghalqu l-bibien

Il-fortizza ta San`t Elmo
Il-Maltin kienu regghu bnew
Kif Alexander Ball pogga l-armada
Malajr juzawha bdew

Il-flotta zghira tal-Francizi
Bdied bil-mod il-mod tickien
L-ikel beda jonqosom
U ma setghu jgibu minn imkien

Hafna minnom bdew jimirdu
Sahha jiggieldu ma kellomx
Il-Francizi riedu jcedu
ImmaVaubois ma hallihomx

Il-Maltin bil-kuragg kollu
Sabu mezz kif jifthu l-bibien
Zewg irgiel issugraw hajjithomu dahlu
Wiehed minnhom qassis kien

Minn hemm spicca r-renju
Ta Napuljun u l-Francizi
Minn Malta hargu darba ghal dejjem
Il-Maltin dahhlu lill-Inglizi

Alexander Ball kien l-ewwel wiehed
Imlahhaq Kumissarju tac-Civilta
Is-sena elf tmien mijau tnejn kienet
Li Malta bdied tghix fil-liberta

Napuljun kien ha lil-Malta
Fl-elf seba mija tmienja w disejn
Il-Maltin ghixu fil-paci
Sa l-elf disa mija w erbejn

Hawn bdied it-Tieni gwerra tad-dinja
Mussulini ried li l-Malta jirbah
Qal lil-Hitler li tkun tieghu
Ghada fil-ghodu malli jisbah

Forsi nesa li fil-gwerer taghha
Malta dejjem harget rebbieha
Ma rnexxilux li qal lil-Hitler
L-anqas wara sena shieha

Warajh gew il-Germanizi
Dawn kwazi bil-guh qatluna
Imma bil-qawwa taghhom kollha
L-anqas huma ma rebhuna

Ahna l-Maltin ghaggibna d-dinja
Bil-qlubija w kuragg taghna
Lil kulhadd dejjem ghelibna
dawk li fi gwerra dahlu maghna

Ghiduli daqsxejn intom
Huti Maltin u Ghawdxin
Wara li ghaddejna minn dan kollu
Ghandniex ragun inkunu kburin

Il-Malti ghandu ghax kburi
F`qalbu gawar ta mhabba jhoss
Ghax ghal-kuragg u qlubija
Giet imzejna bil-George Cross

 

Emigrant Malti

Meta f`Malta s-safar infetah
Il-Belt kont jien immur
Sabiex nara l-emigranti
Telghin jirkbu l-vapur.

Malli mill-port il-vapur kien johrog
Il-hsieb tieghi kien imur
Li xi darba anki jiena
Nemigre fuq dal-vapur.

Darba wahda dahhalt f`rasi
Li ghas-safar jien deciz
Bdejt naqra t-Times of Malta
Biex nipprattika ftit bl-Ingliz.

Lill-hbieb ghidt b`dan il-hsieb tieghi
u bdejt naqla l-pariri
Qaluli li l-Awstralja art sabiha
Imma l-Canada taqla aktar liri.

La darba lil-Malta jien se nhalli
U ser nghamel sakrificcju
Mela ghal-Canada ser nghatija
Hemm tezor sejjer infittxu.

Meta jien ghidt lill-missieri
Li l-Canada rrid immur
Qalli ibni ghamel inti
Ghax jien ma nafx x`fih il-futur.

Ghidtlu jien immur nipprova
Hawnhekk flus naqla minix
Dejjem nista nigi lura
Jekk ix-xorti ma ttinix.

Allura mort ghand Cooke`s Travel
U ghidt dan kollu lill-agent
Qalli qed tghazel hin tajjeb
Ghax xoghol hemm hafna dal-mument

L-ewwel haga li saqsieni
Kienet wahda importanti
Hemm xi hadd li jigi minnek
Biex jghamillek il-garanti

Mill-ewwel hsibt li s`hawn wasalna
Il-hsieb li kelli ser jisfrattali
Hu nduna x`risposta ghandi
Imma qalli li jirrangali

Hemm xi habib jghoqod Toronto?
Iva ghidtlu, u hbieb sewwa
Ghatini l-indirizz tieghu qalli
U nghamluh wiehed minn ta gewwa

Zmien hafna ma kienx hemm x`nitlef
Biex nilhaq l-ewwel vapur
Bdejt inhaffef u nirsisti
Kull fejn sejjer qisni ghasfur

Dak l-agent kien bravu hafna
Kollox qalli x`ghandi nghamel
Jien imxejt kif qalli huwa
Ghaliex veru sibtu ragel

F`idejh ir-riedni u jien iz-ziemel
Imma kollox irrangajna
Jien fih sibt habib iehor
U ghal-zmien twil dejjem hekk bqajna

Il-habib ta Toronto bghatli ittra
Li ndirizza "ghaziz kugin"
Meta qraha ta l-agenzija qalli
Qieghda tajjeb hafna din

Fl-ittra dal-habib qalli
Kugin ejja titlefx zmien
Xoghol fejn tahdem issib hafna
U fejn toqghod ghandi jien

L-agent bghatni nimla l-formli
Fl-officcju ta l-emigrazzjoni
L-indirizz fuq karta kitibli
Kif insibu tani l-infurmazzjoni.

Dan l-officcju malajr sibtu
Minghajr l-ebda tfixkil
Mort fuq id-desk li qalli huwa
Kien hemm ragel naqra twil.

X`ghandek bzonn ? dana saqsieni
Ghidtlu l-Canada rrid immur
Qalli ghal meta bi hsiebek titlaq
Ghax xahrejn ohra jigi l-vapur.

Jekk jiena nista mmur mieghu
Allura mieghu bbukkjani
Minn god-desk formla hareg
U f`idejja lila tani.

Din il-formla jiena mlejta
U lilu ergajt tajta f`idejh
Il-kugin ghandu seba mitt sena
Sakemm jiena nkun hdejh.

Minn hemm ghand it-tabib bghatni
Biex jara inhix marid
Jiena dejjem hassejtni tajjeb
Hallih ifittex kemm irid.

Kif kont hemm anki laqqamni
Dina kienet ta bilfors
Bhalissa nsejt x`kien jisimgha
Imma hi parti minn dal-kors

S`issa kollox mar bis-sewwa
Il-karti kollha kienu lesti
Imma qalbi sikwit kien ittaqtaq
Li l-quddiem ma jkollniex festi

Kont gharus sac-crieket tajna
Imma li nsiefer kont deciz
Kulma jonqosni firma wahda
Dik tal-Konslu Kanadiz.

Malli dana wasal Malta
Malajr lilu nara mort
Proceed to Canada ttimbrali
Go folja fil-passaport.
Issa l-karti kollha lesti
Il-balja ppakkjata
Bil-pacenzja qaghadt nistenna
Sakemm tasal il-gurnata.

L-ahhar granet kienu iebsa
Mhux ghalija imma ghal-ommi
Mill-ewwel tibda tibki
Kull x`hin "ma " harget minn fommi

Waslet fl-ahhar il-gurnata
Biex l-ghaziza Malta nhalli
Missieri biesni u ghannaqni
Kun imbierek ibni qalli

Ommi l-istess ghamlet
Ghanqitni u bewsa tghatni
Imma ikkonsolat ruhha
X`hin imbissem lili ratni

Anki l-Belt ommi nizlet
Biex tarani nirkeb il-vapur
Qabel mill-port hareg
Lejn id-dar ma riedetx tmur.

L-ahhar barka taghha tatni
Ghax issa wasal dak il-hin
Jien tajtha bewsa ohra
U nfridna minn xulxin

Tnax il-jum ghaddew minn mindu
Hrigna mill-port il-kbir
Tnax il-jum fuq il-bahar
Hadna gost, hadna pjacir

Ahna w`dehlin l-Amerika
Qrib l-Istatwa tal-Liberta gejna
Hafna minna l-emigranti
Incapcpu lilha ahna bdejna

Il-vapur wasal fi New Jersey
Il-vjagg taghna fuqu ntemm
Imma d-sestinazzjoni tieghi
Ma kienetx tispicca hemm

Minn hemm mort go New York City
Qbadt it-train li Toronto sejjer
Kif wasalna go Toronto
Il-habib rani u beda jxejjer

Hadni d-dar u tghani niekol
Wara qaghadna nitkellmu ftit
Waqt din id-diskursata
Qalli xoghol ghazel li trid

B`hekk jiena t-tezor sibtu
Ghaliex veru sibt xortija
U tghallimt lezzjoni ohra
Kemm hi sabiha l-hbiberija

Ghalkemm ili fuq hamsin sena
Li l-Canada jiena gejt
Lill-ghaziza Malta taghna
Minn qalbi qatt ma nehhejt.

 

 

Vincent Bugeja twieled ir-Rabat (Malta) illum joqghod il-Canda u ilu ghal dawn l-ahhar 54 sena. Oht Vincent hija Guza Bugeja, il-mara li rat il-wicc ta Kristu mimli demm, f`April tal-1953.

 
© Malta Poetry u Poezija Plus. All right reserved.
Designed & Developed by AZcreations 79 288 487